Members Section - Welcome!
|
![]() |
|
1. Go to Regulations document
| ||
2. IMPORTANT APPOINTMENTS | ||
3. IMPORTANT MESSAGES Gheziez hbieb, Nixtieq minn qalbi nghidilkom prosit taz-zewg kuncerti verament sbieh li l-kor taghna ha sehem fihom. Naturalment dan kollu seta' jkun biss possibli grazzi ghall-fiducja li wrejtu fija izda anke ghall-entuzjazmu li wrejtu intom ilkoll kemm waqt il-provi, kemm waqt il-preparamenti teknici u logistici kif ukoll waqt il-kuncerti infushom. Nixtieq niehu din l-opportunita` biex nirringrazzjakom kollha tal-pacenzja u tal-'commitment' li wrejtu matul dawn l-ahhar tliet xhur. Nixtieq ukoll li f'isimkom nirringrazzja lil dawk il-kollegi taghkom li hadmu ferm sabiex setghu jaghmlu dan il-kuncert possibli. Kif tafu, ma tantx neccella fl-ismijiet u ghalhekk nippreferi li ma nsemmix ismijiet li ma mmurx inhalli ingustament lil xi hadd barra. Izda zgur li dan il-kuncert ma kienx ikun possibli minghajrkom. Nirringrazzja ukoll lil Ronald talli emmen fil-progett tieghi u tal-bicca xoghol difficli li kellu biex nergghu nuzaw l-orgni storiku tan-Naxxar li kif tafu minhabba diversi ragunijiet m'hix haga facli. Grazzi ukoll lil Josef ta' l-appogg tekniku kontinwu tieghu u anke lil Daniela li ghenet mhux ftit meta kellna bzonn naghmlu provi fi gruppi zghar. Kif diga ghidt lil diversi minnkom, dan huwa biss il-bidu tat-triq it-tajba. Ghandna diversi progetti sbieh ohra u grazzi ghal dawn il-kuncerti li ghamiltu infethu ukoll diversi possibilitajiet ohra. Nitlobkom biss li tibqghu impenjati serjament fi hdan dan il-kor u li tiehdu it-tahrig bis-serjeta` kif diga qieghdin taghmlu halli nkomplu nespandu dejjem aktar. Nselli ghalikom Chris |